Fil-jiem li għaddew, isem il-kowċ Kroat Igor Tudor beda jidwi fil-kurituri ta’ Stadio Olimpico bid-diriġenti ta’ Lazio li qed jaħsbu x’għandhom jagħmlu wara bidu ta’ staġun ferm negattiv.
Fil-fatt i Biancocelesti s’issa kisbu seba’ punti minn seba’ logħbiet fejn saħansitra tilfu erba’ konfronti.
Il-konfront t’għada kontra Celtic fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League jista’ jkun determinanti għall-kowċ preżenti Maurizio Sarri sabiex ikun jaf il-futur tiegħu.
Sadanittant, Tudor qed jistenna sabiex jara jispiċċax jikkowċja fil-belt kapitali Taljana.