Wednesday, July 24, 2024

Igor Tudor se jieħu t-tmexxija ta’ Lazio fl-aħħar tax-xahar

Aqra wkoll

Hekk kif Igor Tudor mistenni jkun il-kowċ ta’ Lazio fil-jiem li ġejjin, hu mhux se jkun qed imexxi lit-tim għal-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Frosinone. Għal din il-partita se jkun il-kowċ Giovanni Martusciello li ġie maħtur temporanjament mill-president Claudio Lotito.

Tudor se jkun qed jibda din l-avventura fil-belt kapitali Taljana lejn l-aħħar tax-xahar u mistenni jiffirma kuntratt sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Tudor għandu 45 sena u fil-passat ikkowċja wkoll lil Udinese u Verona fl-Italja apparti esperjenzi oħra ma’ klabbs barranin.

Ekonomija

Sport