Wednesday, July 24, 2024

Jadon Sancho ma jridx jirritorna ma’ Man Utd

Aqra wkoll

Il-winger internazzjonali Ingliż Jadon Sancho għamilha ċara li ġaladarba Erik Ten Hag jibqa’ kowċ ta’ Manchester United, hu mhux se jirritorna f’Old Trafford.

Sancho bħalissa jinsab fuq bażi ta’ self ma’ Borussia Dortmund, klabb li hu għamel magħhom ħafna mill-karriera tiegħu. Hu ngħaqad magħhom f’Jannar li għadda wara li kellu mumenti ferm negattivi mar-Red Devils b’Erik Ten Hag li ma kienx qed jikkunsidrah.

Min-naħa tagħhom, it-tim minn Dortmund lest sabiex iżommu għal iktar żmien għalkemm id-diriġenti Ġermaniżi jridu jiftiehmu ma’ dawk Ingliżi.

Ekonomija

Sport