Wednesday, July 24, 2024

Jayden Danns jiffirma kuntratt fit-tul ma’ Liverpool

Aqra wkoll

L-attakkant żagħżugħ ta’ Liverpool Jayden Danns iffirma kuntratt fit-tul mal-klabb minn Anfield Road sabiex aċċerta ruħu minn futur mill-isbaħ. Danns għandu 18-il sena u s’issa ngħata d-debutt matul dan l-istaġun minn kowċ Jurgen Klopp u lagħab darbtejn mat-tim tal-kbar.

Danns hu membru regolari fit-tim nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena u hu meqjus bħala plejer ta’ talent u bix-xamma tal-gowl.

L-istess Klopp faħħar il-kwalitajiet tekniċi li għandu dan il-plejer li qed jitqies fil-futur tar-Reds.

Ekonomija

Sport