Wednesday, February 19, 2025

Ikompli jinstema’ l-ġuri tal-iben u l-missier akkużati bi qtil tal-Galalli fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kompli jinstema’ il-ġuri b’rabta mal-qitl taż-żagħżugħ Brandon Pace, missier ta’ 3 itfal li kellu 21 sena u li kien magħruf bħala “Il-Galalli”.

Iż-żewġ akkużati huma Joseph Grech ta’ 61 sena u t-tifel tiegħu  Kurt ta’ 31 sena magħruf bħala “in-Nemes”.

Fil-Qorti quddiem l-Imħallef Scerri Herrera xehed kuntistabbli tal-RIU, fejn qal li mar fir-residenza tal-imputati sabiex jarrestahom. Qal li kif wasal fuq il-post, l-iben qallu mill-ewwel li missieru ma kellu xejn x’jaqsam fl-argument u li kien hu biss li ta d-daqqiet bis-sikkina lil Pace.

Ix-xhud żied li Kurt kien midrub u beda jżomm sidru. Ingħad li minn tfittxijal i għamlet il-Pulizija fir-residenza tal-imputati, instabu xi garżi bid-demm, garżi li aktarx kien qed juża Grech minħabba l-feriti li kellu.

Fil-Qorti, xehed ukoll kuntistabbli ieħor, li spjega li meta l-Pulizija marru fil-post tal-akkużat, Lisa Pace, omm il-vittma bdiet tgħajjat ” Qatluwuli, Qatluwuli … In- Nemes, in-Nemes”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport