Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għal programm vokali u strumentali mill-Banda Paola tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed jfakkru l-25sena anniversarju mit-twaqqif tal-Banda.
Il-programm li se jsir nhar it-Tnejn 1 ta’ Lulju, 2024 se jkun taħt il-patroċinju distint tal-President tar-Reppublika Miriam Spiteri Debono.
Għal dan il-programm li se jsir fi Pjazza Antoine De Paule Paola u jibda fit-8.00pm kulħadd hu mistieden, iżda wieħed hu mħeġġeġ biex jirriserva post billi jċempel fuq 79442618.