Sunday, December 22, 2024

Il-Belt Valletta tilbes il-libsa tal-Milied

Aqra wkoll

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera taw bidu għall-programm ta’ attivitajiet fil-Belt Valletta fil-ġranet ta’ qabel il-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Dawn l-attivitajiet li bdew mil-lum, se jibqgħu għaddejjin sal-31 ta’ Diċembru.

Fost l-avvenimenti ewlenin se jkun hemm id-dwal tal-Milied fi Triq ir-Repubblika, Triq Merkanti, u Triq l-Arċisqof; is-siġar tal-Milied fi Pjazza Ħelsien, Triq ir-Repubblika, Triq Merkanti u Triq in-Nofsinhar; il-Presepju fi Pjazza San Ġwann u mużika fit-toroq li bdew mil-lum. Filwaqt li se jkun hemm projezzjonijiet fuq il-faċċata tal-Palazz tal-Granmastru, Eżibizzjonijiet teatrali, puppet shows, Blind Date with a Book u ħafna aktar mill-1 ta’ Diċembru ‘il quddiem.

Il-programm Christmas in the City jingħalaq bil-kbir lejlet l-ewwel tas-sena bi spettaklu mill-kantant Ingliż ta’ fama internazzjonali John Newman. Newman huwa magħruf għal diversi kanzunetti popolari fosthom “Feel the Love”, “Not Giving In”, “Love Me Again”, “Fire in Me” u “Feelings”, u se jkun akkumpanjat minn diversi artisti lokali oħra.  

Wieħed jista’ jżur il-website u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għal aktar informazzjoni.

Ekonomija

Sport