Tuesday, April 14, 2026

IL-BOV NOMINAT GĦAL PREMJU INTERNAZZJONALI MILL-INTERNATIONAL COMPLIANCE ASSOCIATION

Ir-rikonoxximent huwa għall-Proġett tas-Sena  ta’ Prevenzjoni mill-Kriminalità Finanzjarja

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta jinsab kburi li ġie magħżul fost in-nominati għal Premju mogħti mill-International Compliance Association (ICA) għall-impenn tiegħu fil-ħidma biex jipprevjeni l-kriminalità finanzjarja. L-ICA Compliance Awards għandhom l-għan li jirrikonoxxu l-kisbiet, il-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji globali fil-ħidma tagħhom mal-konformità u l-prevenzjoni tal-kriminalità finanzjarja.

Wara proċess rigoruż, il-Bank of Valletta għamilha mal-finalisti u r-rebbieħa jitħabbru f’ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet li se ssir f’Londra fil-25 ta’ Ġunju 2026.

Il-Bank ġie nnominat għall-Proġett tas-Sena ta’ Prevenzjoni mill-Kriminalità Finanzjarja għall-proġett ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet tiegħu  u għat-titjib sostanzjali miksub f’termini ta’ kontrolli msaħħa. Din in-nomina tirrikonoxxi wkoll il-benefiċċji tanġibbli miksuba wara t-tranżizzjoni għal dan il-proġett.

Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Kenneth Farrugia, laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Bank ġie inkluż fil-lista finali għall-għoti ta’ dan il-premju. Huwa saħaq li  “Dan ir-rikonoxximent huwa konferma qawwija tal-impenn b’saħħtu tal-Bank lejn l-ogħla standards ta’ konformità, integrità u aġir responsabbli. Filwaqt li nibqgħu ffukati bis-sħiħ fuq l-għoti tas-servizzi bankarji ewlenin, nagħtu importanza ugwali lill-ħarsien tar-reputazzjoni tal-Bank u l-protezzjoni tiegħu. Approċċ b’saħħtu u determinat fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja, flimkien ma’ konformità sħiħa f’ambjent regolatorju dejjem aktar impenjattiv kemm fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali, jibqa’ element ċentrali fis-sostenibbiltà fit-tul tagħna. Dan l-impenn isaħħaħ il-fiduċja li jagħtuna l-klijenti, l-azzjonisti, il-banek korrispondenti u l-aġenziji internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.”

Ryan Caruana, Group Chief Anti-Financial Crime Officer u MLRO tal-BOV, qal li “L-inklużjoni tal-Bank of Valletta fost il-finalisti għall-premju Financial Crime Prevention Project of the Year fl-ICA Awards tirrikonoxxi l-vjaġġ sod tal-Bank fit-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tal-qafas tiegħu għall-prevenzjoni tal-kriminalità finanzjarja. Dan il-kisba tipprovdi validazzjoni esterna importanti mill-International Compliance Association tal-impenn kontinwu tal-Bank lejn kontrolli effettivi u robusti fil-qasam tal-kriminalità finanzjarja.”

Il-President tal-International Compliance Association, Pekka Dare, qal li “F’isem l-ICA, nixtieq personalment nirringrazzja lil kull min ipparteċipa fl-ICA Compliance Awards Europe. Bi pjaċir kbir nifraħ lill-Bank of Valletta talli ġie inkluż fil-lista finali fil-kategorija Financial Crime Prevention Project of the Year. Il-parteċipanti kollha jirrappreżentaw l-aqwa livell ta’ dak li għandha x’toffri l-industrija tagħna, u ninsab ħerqan li nilqa’ lill-finalisti kollha għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet li se ssir fil-25 ta’ Ġunju f’Londra.”

Il-bord tal-ġurija kien magħmul minn firxa ta’ persuni influwenti u rispettati fil-qasam tal-konformità u l-prevenzjoni tal-kriminalità finanzjarja. Dawn jinkludu: Lisa Bennett, Legal Compliance Director, Mastercard; Shyam Kotecha, Chief Compliance Officer, MLRO u Direttur, M T Finance; Jon Duffy, Senior Vice President, Corporate Assurance & Regulatory Affairs, Genting Casinos UK; Caroline Braddock, Ethics & Compliance Officer, Rolls‑Royce; Anthony Davies, Senior Compliance Manager, AXA Health, fost oħrajn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport