Tuesday, May 14, 2024

Il-coach Darren Abdilla jġedded ma’ Gzira Utd għal sentejn oħra

Aqra wkoll

Gzira United ikkonfermaw lill-coach Darren Abdilla biex ikompli jmexxi lit-team għas-sentejn li ġejjin.

Huwa kien ingħaqad mal-Maroons f’nofs l-istaġun tal-2014/15 fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni biex fl-istaġun sussegwenti huwa mexxa lit-team għall-promozzjoni tal-Premier League wara nuqqas ta’ 34 sena fejn hemm kien iffirma kuntratt biex jiffirma kuntratt bħala parti mill-istaff tekniku hekk kif ma baqax fit-tmun meta t-team kien fdat lil Branko Nisevic.

Iżda ftit xhur wara kien inħatar bħala coach fejn baqa’ jaħdem sa Frar 2019.

Fil-bidu tal-istaġun 2019-20 huwa ngħaqad ma’ Valletta fejn hemmhekk dan staġun wieħed qabel ma reġa’ ssieħeb ma’ Gzira United.

Aktar kmieni fil-karriera tiegħu, Abdilla serva wkoll lill-clubs ta’ St George’s u Birżebbuġa St Peter’s kif ukoll assistant coach ma’ Floriana, Hibernians u Valletta.

Sport