Wednesday, April 24, 2024

“Jgħaddu l-elezzjonijiet u l-Oppożizzjoni ma tinbidilx”

Il-Ministru Owen Bonnici

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li għalkemm għaddiet l-elezzjoni ġenerali, l-attitudni tal-Oppożizzjoni baqgħet ma nbidlitx.

Huwa stqarr dan meta kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet li saru mid-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar fuq l-aġenzija Infrastructure Malta. Il-Ministru Bonnici kien qed iwieġeb f’isem il-Ministru Aaron Farrugia minħabba li dan tal-aħħar jinsab imsiefer fuq xogħol tal-Gvern.

“M’għandix dubju li l-Onor. Farrugia jagħti t-tweġibiet kollha u dan id-diskors ta’ abbuż u mhux abbuż jiġi mitfugħ fil-ġenb. Għax fil-verità, Infrastructure Malta tagħmel, għamlet u se tibqa’ tagħmel xogħol importanti ħafna,” qal il-Ministru Bonnici.

Meta mbagħad l-Onor. Cutajar reġa’ għamel mistoqsija oħra dwar l-istess aġenzija, il-Ministru Bonnici wieġbu: “mistoqsija wara l-oħra nerġgħu bil-vena negattiva. Jekk ma tridux titgħallmu, titgħallmux. Però ejja nirrispettaw lin-nies li jqumu filgħodu, jagħtu l-massimu tal-enerġija tagħhom biex dan il-pajjiż jimxi ‘l quddiem, biex naraw kambjament fil-ħajja tan-nies u biex dan il-pajjiż li tant inħobbu jmur għall-qabża li jmiss.”

“Naqbel ma’ min jgħid li rridu nagħtu s-sostenn tagħna, man-nies kollha li tant jagħmlu xogħol tajjeb favur pajjiżna,” tenna l-Ministru Owen Bonnici. “Waqt li nistieden lill-Onor. Cutajar jagħmel il-mistoqsijiet bil-miktub, nappellalu biex jitgħallmu mir-riżultat elettorali. In-nies ma jridux negattività. In-nies taf xi jridu? Nies li jaħdmu u jagħtu l-massimu tagħhom biex dan il-pajjiż żgħir tagħna imma kbir fil-prestiġju tiegħu jkompli miexi ‘l quddiem.”

Sport