Tuesday, May 14, 2024

Porto qed jikkunsidraw li jerġgħu jiffirmaw lil Alex Telles

Aqra wkoll

Porto qed jikkunsidraw li jagħmlu tentattiv biex jerġgħu jiffirmaw lid-difensur ta’ Manchester United, Alex Telles, matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-player ta’ 29 sena ngħaqad mar-Red Devils mingġand Porto f’Ottubru 2020, u għamel 49 dehra għat-team attwali tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha, u rreġistra goal wieħed u tmien assists fil-proċess.

Telles għamel biss disa’ dehriet fil-Premier League fl-istaġun li għadda, b’Luke Shaw id-difensur xellugi jkun l-ewwel għażla tal-club taħt il-gwida tal-ex manager, Ole Gunnar Solskjaer.

Sport