Il-coach Niko Kovac ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Borussia Dortmund sa Ġunju 2029. Il-coach ta’ 54 sena se jibqa’ jmexxi lit-team Ġermaniż, filwaqt li ż-żewġ assistenti tiegħu, Robert Kovac u Filip Tapalović, ukoll se jkomplu jaħdmu mal-ckh .
Lars Ricken, id-direttur eżekuttiv responsabbli mill-qasam sportiv, qal li minn meta Kovac ħa t-tmexxija tat-team, aktar minn sena u nofs ilu, it-tim kompla javvanza u l-coach kiseb rispett kbir fi ħdan il-klabb.
Ricken żied li dan it-tiġdid jirrifletti x-xewqa ta’ Borussia Dortmund li jkompli jibni fuq il-kontinwità u l-istabbiltà, filwaqt li ż-żewġ partijiet qablu malajr biex ikomplu l-ħidma flimkien.




