Nicolò Tresoldi, wieħed mill-attakkanti żgħażagħ l-aktar promettenti fl-Ewropa, għad irid jiddeċiedi jekk jirrappreżentax lill-Italja jew lill-Ġermanja fil-livell tal-kbar. Missieru, Emanuele Tresoldi, insista li d-deċiżjoni se tittieħed bil-qalb u mhux abbażi tal-opportunitajiet tekniċi.
Tresoldi, li għandu 22 sena, twieled l-Italja iżda trabba fil-Ġermanja, fejn lagħab mat-timijiet nazzjonali taż-żgħażagħ. Huwa mistenni jilgħab mal-Ġermanja fil-Kampjonat Ewropew ta’ taħt il-21 sena fis-sajf li ġej, qabel jieħu deċiżjoni dwar il-futur internazzjonali tiegħu.
L-attakkant ta’ Club Brugge skorja sitt goals f’għaxar logħbiet dan l-istaġun. Missieru kkonferma wkoll li l-ħolma tiegħu hi li jilbes il-flokk ta’ Milan, għalkemm għadu mhux magħruf jekk din ix-xewqa tistax issir realtà.




