Monday, May 13, 2024

“Il-COVID-19 salvali ħajti … anke jekk seta’ qatilni f’perjodu iqsar ta’ żmien” – Angela Schlegel

Aqra wkoll

Mara li rriżultat infettata bil-COVID-19 qalet li dan il-virus salvalha ħajjitha. Dan hekk kif minn testijiet li sarulha t-tobba skoprew li kellha kundizzjoni f’qalbha.

Angela Schlegel ġiet rikoverata l-isptar wara 11-il ġurnata minn meta bdiet tħoss is-sintomi u t-tobba skoprew kundizzjoni f’qalbha waqt li kienet fit-taqsima tal-kura intensiva.

Il-mara ta’ 36 sena qalet li l-professjonisti qalulha li qalbha ma kinitx qed tiffunzjona kif sippost. Sfortunatament din il-kundizzjoni tista’ tikkawża ħsara f’numru ta’ organi tal-ġisem fosthom il-qalb, il-ġogi, il-pulmun u n-nervaturi.

Intant filwaqt li rrimarkat li għalkemm il-virus kien “ħelisielha” billi għen biex il-professjonisti jiskopru l-kundizzoni tagħha, iżda li ma kinitx għall-kura immedjata l-istess virus seta’ qatilha f’qasir żmien.

Sport