Monday, May 6, 2024

Il-Finlandja tissieħeb fin-NATO … ir-Russja twissi li ssaħħaħ l-armata tagħha jekk tintbagħat għajnuna militari lill-Finlandja

Aqra wkoll

Il-Finlandja, pajjiż bi fruntiera ta’ art ta’ madwar 832 mil mar-Russja, għadha kemm issieħbet b’mod uffiċjali bħala wieħed mill-31 stati membri tan-NATO permezz ta’ ċerimonja li saret fi Brussell.

Il-proċess formali ta’ din is-sħubija sar illum waranofsinhar meta l-Ministru Finlandiż għall-Affarijiet Barranin, Pekka Haavisto, ippreżenta d-dokumenti ffirmati tal-istess sħubija lis-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken. Lura fl-2022, appena bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, kemm il-Finlandja kif ukoll l-Iżvezja ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom sabiex jissieħbu f’din l-alleanza militari. Madanakollu, s’issa l-applikazzjoni tal-Iżvezja għadha ma ġietx approvata.

Din il-mossa hija daqqa ta’ ħarta għall-President Russu Vladimir Putin, kemm mil-lat strateġiku kif ukoll dak politiku, hekk kif għal żmien twil gerger dwar it-tkabbir tan-NATO fil-konfront tar-Russja. Barra minn hekk huwa kien uża l-espansjoni tan-NATO bħala arma biex jiġġustifika l-invażjoni fl-Ukrajna. Min-naħa tagħha, l-alleanza militari qalet li hi mhix ta’ theddida għar-Russja.

Ir-Russja wissiet li se tkun “imġiegħla” illi twettaq “miżuri ta’ ritaljazzjoni” sabiex tindirizza t-theddida li nħolqot fil-konfront tas-sigurtà tal-pajjiż permezz tas-sħubija tal-Finlandja man-NATO. Heddet ukoll li jekk in-NATO tibgħat xi truppi oħra jew tagħmir lill-Finlandja, ir-Russja ma jkollhiex għażla oħra ħlief li ssaħħaħ l-armata tagħha qrib il-Finlandja.

Sport