Tuesday, May 14, 2024

Il-funeral ta’ Benedittu XVI għall-5 ta’ Jannar, 2023

Aqra wkoll

AĠĠORNAT 12.40: L-uffiċju tal-midja tal-Vatikan ħabbar li nhar it-Tnejn, 2 ta’ Jannar, 2023, il-katavru ta’ Benedittu XVI se jkun qiegħed jittieħed fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fejn il-poplu se jkun jista’ jagħtih l-aħħar tislima.

Għal dawn il-jiem li se jkun espost għall-pubbliku, il-Vatikan qed iħejji pjan minħabba l-eluf kbar ta’ persuni li mistennija li jmorru.

Imbgħad fil-5 ta’ Jannar, 2023, fid-9.30am fi Pjazza San Pietru se jkun qiegħed isir il-funeral li se jitmexxa minn Papa Franġisku.

Il-Papa Emeritux Benedittu XVI miet fid-9.34am fl-età ta’ 95 sena.

Fl-aħħar jiem saħħtu marret ħafna għal agħar tant li l-Papa Franġisku kien talab lid-dinja biex jitolbu għalih.

Il-mewt tiegħu tħabbret mill-Vatikan

Benedittu XVI mexxa l-Knisja Kattolika għal tmien snin sħaħ sakemm fl-2013 ħabbar li kien qed jirriżenja mit-tmexxija. Hu kien l-ewwel Papa li rriżenja mill-1415.

Il-Papa Emeritus għamel l-aħħar snin tiegħu jgħix fil-Mater Ecclesiae fil-bini tal-Vatikan stess.

Frank Zammit, l-Ambaxxatur Malti għal Vatikan fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook ftit tal-jiem ilu kiteb informazzjoni interessanti ferm dwar il-Papa Emeritus Benedittu XVI.

Zammit jikteb li l-“familja” li tgħix ma’ Benedittu XVI fil- fil-Monasteru Mater Ecclesiae hija maghmula minn sitt persuni.

Miegħu hemm is-Segretarju Partikolari Tiegħu l-Arċisqof Georg Ganswein li ta’ min jgħid li dan kien jassistih ukoll meta kien għadu fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika.

Imbgħad hemm ukoll erba’ nisa kkonsagrati li Zammit isehħilhom il-“Memores Domini”. Dawn huma Carmela, Loredana, Cristina u Rossella.

Magħhom ukoll hemm Birgit Wansig li hi wkoll lajka konsagrata u li anke tassistih fi rwol ta’ segretarjali. Wansig kienet taħdem miegħu sa miż-żmien li kien prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi.

L-Ambaxxatur Frank Zammit kiteb li “fl-2010, Benedittu XVI kien tilef lil Memor Domini Manuela Camagni meta kienet inqatlet minn daqqa ta’ karozza f’Via Nomentana. Dakinhar Papa Ratzinger kien qaddes il-quddiesa tal-funeral tagħha. Kien baqa’ profodament milqut minn din id-disgrazzja fejn darba kien stqarr id-dulur kbir li kien qiegħed iħoss u li kien jiġi kkonsolat biss mil-fidi tiegħu.

Sport