Wednesday, July 24, 2024

Il-Funeral ta’ Salvu Muscat iwassalni biex nappella li r-rispett lejn xulxin ma għandna nitilfuh qatt

Aqra wkoll

“Għal funeral kien hemm il-PM u l-mara tiegħu , il-kap tal-Oppozizzjoni , id- Deputat kap tal PN, kif ukoll id-deputat kap tal PL. Il-President ta’ Malta u dawk precedenti, l-Ispeaker, membri parlamentari u persuni ohra distinti. Dan kollu ġara fil-ġurnata tas-silenzju. Min qatt ħaseb li ser jkunu kollha fl-istess post biex juru ir rispett fil- jum ta’ riflessjoni”

Dan qalu Brian Hansford, hekk kif xtaq jaqsam l-esperjenza tiegħu waqt il-funeral ta’ Salvu Muscat, missier Joseph Muscat li mar jistrieħ ħdejn Alla. Qal li dan wasslu biex jappella biex iktar minn qatt qabel jappella biex ħadd ma jinsa li aħna ilkoll Maltin u Ghawdxin jista jkollna oppinjoniet differenti kemm tridu u nistghu ma naqblu qatt.

Hansfors qal ukoll; “Ir-rispett ,l-għaqda u l-empatija qatt u qatt ma ħandna nitilfuhom. Ir-rispett lejn xulxin għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox!”. Huwa temm il-messaġġ billi sellem il-memorja ta’ Salvu u rringrazzjah għal dak li għamel għal Lijani

Ekonomija

Sport