Wednesday, July 24, 2024

Ilbieraħ filgħaxija sar il-pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur fl-Isla

Aqra wkoll

Il-Festa ta’ Ġesù Redentur meqjum ġewwa l-Bażilika tal-Isla għal din is-sena, saret ilbieraħ filgħaxija. Din bdiet b’quddiesa ċċelebrata minn Mons. Carmelo Refalo bis-sehem tal-Kapitlu tal-Isla u wara saret il-purċissjoni bl-istatwa mirakoluża ta’ Ġesù Redentur.

Din is-sena l-festa imxiet il-quddiem minħabba l-elezzjonijiet f’pajjiżna. Din il-purċissjoni ġiet organizzata mill-Fratellanza tas-Santissimu Kurċifiss bis-sehem tal-Ordni Ewkestru tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm ħa sehem permezz tal-Kavallieri, Dami u Ekklesjastiċi.

Storikament din il-Festa tmur lura għal bidu tas-Seklu Dsatax meta n-nies tal-Isla għamlu wegħda li jekk ma’ tidħolx il-pesta ġewwa l-Belt tagħhom jibdew jagħmlu 3 purċissjonijiet fosthom bix-xbieha mirakoluża ta’ Ġesù Redentur.

Il-Poplu Senglean baqa jżomm din it-tradizzjoni u ta’ kull sena ssir din il-Festa ad unur Ġesù Redentur.

Ekonomija

Sport