Sunday, December 22, 2024

Il-fuq minn 12,000 shot sparati waqt spettaklu kbir ta’ logħob tan-Nar fl-Imqabba għall-Festa ta’ Santa Marija

Aqra wkoll

L-Imqabba raħal żgħir ta’ 3,000 resident li f’Awwissu jeċċelebra waħda mill-akbar Festi f’Malta, il-Festa għad unur il-Patruna tal-istess raħal, Santa Marija.  Flimkien ma l-elementi l-oħra kolla tal-Festa  il-logħob tan-Nar f’dan ir-raħal huwa wieħed mill-aktar infittex madwar Malta.  Il-logħob tan-Nar li r-raħal tal-Imqabba huwa ferm magħruf, żviluppa tul dawn l-aħħar mija u għoxrin sena u lum huwa magħruf għal-innovazzjonijiet li dejjem ħarġu minn din l-għaqda tul is-snin u mfittex minn eluf ta’ Maltin u barranin.

L-ispettaklu ta’ din is-sena bit-titlu Fireworks Spectacular huwa maqsum f’5 partijiet, waħda differenti mill-oħra.  L-ewwel parti bit-titlu Pyro Thunder Extreme se tkun ibbażata fuq il-Beraq Tradizzjonali li permess tal-ħsejjes mistennija joħolqu melodija sinkronizzata ma diversi siltiet mużikali, flimkien ukoll ma diversi effetti u disinni uniċi. 

It-tieni parti tinkludi l-murtali tradizzjonali Maltin tal-beraq u kulur.  L-ispetaklu jkompli permezz tat-tilet parti bit-titlu The Tower of Light spetaklu ta’ nar u diversi effetti varji sparati minn torri għoli l-fuq minn 50 metru, sinkronizzati ma siltiet mużikali.  L-ispettaklu jkompli bir-raba’ parti li se tkun il-Grand Finale fejn se naraw diversi murtali differenti ta’ daqs kbir li se jgħalqu dan l-ispettaklu kif jixraq.   

Wara l-ispettaklu is-serata tkompli permezz ta’ Wirja ta’ Nar tal-Art Mekkanizzat.  L-ispettaklu se jitella nhar l-14 t’Awwissu u jibda fl-9:30pm mill-għelieqi maġenb Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija (Il-By-pass tal-Imqabba)

Apparti dan l-ispettaklu prinċipali, se jinħaraq logħob tan-Nar tul il-ġimgħa kolla tal-Festa mid-9 ta’ Awwissu l-quddiem.  Nhar il-Festa tal-Assunta fil-15 ta’ Awwssu mis-7:15pm ‘l quddiem isir ukoll spettaklu ta’ kaxxa nfernali spettakolari u wara ħruq ta’ murtali tradizzjoanli bil-logħob segwiti minn beraq pront u kulur li jakkumpanjaw il-Purċissjoni bill-Vara Titulari ta’ Santa Marija.

Il-qofol tal-Festa ta’ Santa Marija jintlaħaq bejn id-9 u l-15 t’Awwissu permezz ta’ funzjonijiet fil-knisja u tiżjin fit-toroq, marċi u ċelebrazzjonijiet fejn il-qofol huwa dak tat-13 t’Awwissu it-Tielet Jum tat-Tridu, permezz ta’ spettaklu awdjoviżiv u nar sinkronizzat mal-mużika mill-Pjazza tal-Knisja.

Għall-ispettaklu tal-14 ta’ Awwissu ser ikun hemm siġġijiet tul Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija.  Wieħed jista’ jirriserva post online https://ticketmonti.com/santamarija2024

Biex wieħed jasal l-Imqabba b’mod arkar faċli jista’ juża t-triq tal-Ajruport għall-mini ta’ Ħal Kirkop, toroq alternattivi li jistaw jintużaw huma dik li minn Ħal Qormi tieħdok għall-Ħal Farruġġ jew li mis-Siġġeiwi tieħdok għal Ta’ Kandja.  Aktar informazzjoni fuq www.facebook.com/santamarija jew www.facebook.com/stmaryfireworksmqabba

Ekonomija

Sport