Wednesday, April 24, 2024

Il-ġenituri ta’ Jasmine grati immens għad-donazzjoni li nġabret b’risq binthom waqt funeral

Aqra wkoll

“Bis-saħħa tal-ġenerożità tagħkom, irnexxielna niġbru €500 għal din il-kawża ġusta … l-empatija li wrejtu magħna, tfisser id-dinja għalina,” kitbu l-ġenituri ta’ Jasmine Grech fuq il-paġna ‘Jasmine’s Journey’.

Dan il-messaġġ kien indirizzat lill-qraba ta’ Doris Zammit, illi għalkemm kienu għaddejjin minn mument diffiċli bit-telfa tal-qariba tagħhom, in-niket ta’ din l-esperjenza ddeċidew li jibdluh f’ferħ u sostenn għal ħaddieħor.

Uħud mill-qraba ta’ Doris esprimew ix-xewqa tagħhom li dawk il-persuni li huma mħajra jattendu għall-funeral, minflok ma jġibu l-fjuri lill-qariba tagħhom, jagħtu donazzjoni lil Jasmine. Grazzi għal dan il-ġest, inġabret is-somma ta’ €500.

Jasmine hija tifla ta’ madwar sentejn li għandha kundizzjoni newroloġika. Il-ġenituri tagħha – Stefanie u Anthony Grech – jagħmlu l-almu tagħhom kollu sabiex binthom tirċievi t-terapiji neċessarji bil-għan li ttejjeb il-kundizzjoni tagħha u toqrob lejn ħajja iżjed indipendenti.

Sport