Sunday, June 28, 2026

Il-Ġermanja u l-Italja qed ibatu minn mewġa ta’ sħana 

Aqra wkoll

Il-Ġermanja u l-Italja qed ibatu minn kundizzjonijiet ta’ sħana qawwija. Dan hekk kif kawża tal-istess sħana, kien hemm għexieren ta’ mwiet fl-Ewropa. Midja internazzjonali rrapurtat li t-temperaturi kisru r-rekords ’il fuq minn 40C 

Id-Danimarka rreġistrat l-ogħla temperatura tagħha rreġistrata nhar is-Sibt, skont l-istitut meteoroloġiku Daniż. L-Islovakkja kkonfermat li l-lejl tal-Ġimgħa kien l-aktar wieħed sħun, bit-temperaturi ma niżlux taħt is-26.3C.

Il-Gran Brittanja, Franza, l-Iżvizzera u l-Ġermanja esperjenzaw sħana rekord f’Ġunju. Fir-Renju Unit, żagħżugħ, żewġt irġiel u mara mietu nhar is-Sibt wara li sabu ruħhom f’diffikultà biex jgħumu fil-baħar. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport