Raġel ta’ 37 sena residenti s-Siġġiewi tressaq il-Qorti mixli li instiga lil bintu taħt l-età biex tisraq id-deheb ta’ nannitha, bil-wegħda li kien se jsifirha.
Fil-Qorti, ir-raġel li ismu mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti, kien mixli li fl-2019 ordna lil bintu biex din tisraq id-deheb tan-nanna tagħha. Fil-Qorti, ġie spjegat li n-nanniet tat-tifla kienu qed ilestu biex imorru l-festa u ma’ setgħux isibu d-deheb.
Ingħad li t-tifla tal-akkużat qabdet tibki meta n-nanniet ma’ setgħux jsibu d-deheb u qaltilhom li ma jistgħux isibuh tort ta’ missierha. Ġie spjegat ukoll li wara ftit żmien, it-tifla ammettiet li kienet hi li ħadet id-deheb.
Il-Qorti poġġiet lill-akkużat taħt ordni ta’ probation u kien ordnat iwettaq 420 siegħa xogħol bla ħlas fil-komunità, waqt li jrodd lura €12,000 lin-nanniet tat-tifla bħala l-valur tad-deheb misruq, kif ukoll €885 fi spejjeż tal-Qorti.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trażżin fil-konfront ta’ omm it-tifla u n-nanniet tagħha.

