Il-goalkeeper tal-Kamerun, André Onana, ġie msejjaħ mill-coach ta’ Manchester United, Erik ten Hag, għal laqgħa kruċjali dwar il-pożizzjoni tiegħu wara li rritorna fit-team nazzjonali ta’ pajjiżu.
Onana kien ħabbar li kien irriżenja mix-xena internazzjonali wara li fit-Tazza tad-Dinja li saret il-Qatar, f’Novembru li għadda, huwa ntbagħat id-dar wara tilwima mal-coach, Rigobert Song, minħabba t-tattika li kien qed juża kif ukoll l-istil tal-logħob tiegħu.
Fis-sajf li għadda, qabel ma r-Red Devils kisbu l-firma ta’ Onana mingħand Inter għal £47 miljun, huwa aċċerta lil Ten Hag li ma kellu l-ebda interess li jilgħab għall-Kamerun.
Peró huwa ħabbar li f’Jannar li ġej se jieħu sehem fit-Tazza Afrikana.