Thursday, July 23, 2026
Home Barranin Il-Greċja tissospendi titjiriet minn u lejn il-Qatar sa nofs Ġunju wara li...

Il-Greċja tissospendi titjiriet minn u lejn il-Qatar sa nofs Ġunju wara li passiġġieri jinstabu pożittivi għall-Covid-19

0
688
CW7KCB Boeing 787 Dreamliner in the colours of Qatar Airways beginning its take-off run at Farnborough International Airshow 2012

Il-Greċja lbieraħ ħabbret li kienet qed tissospendi t-titjiriet minn u lejn il-Qatar sa nofs Ġunju wara li 12 minn 91 passiġġier li kienu abbord titjira tal-Qatar Airways li nhar it-Tnejn niżlet fl-ajruport ta’ Ateni riżultaw pożittivi għall-coronavirus.

Disa’ mill-passiġġieri pożittivi huma ta’ nazzjonalità Pakistana u li kellhom permess ta’ residenza Grieg. Tnejn oħrajn kienu ta’ nazzjonalità Griega li kienu qed jiritornaw mill-Awstralja, filwaqt li l-persuna oħra huwa ta’ nazzjonalità Ġappuniża.

Il-passiġġieri kollha li kirnu abbord it-titjira ġew ittestjati u tpoġġew fi kwarantina f’lukanda sakemm jinħarġu r-riżultati.

Dawk li rriżultaw pożittivi se jkunu qed jinżammu kwarantina għal ġimagħtejn, filwaqt li dawk li ma jirriżultawx pożittvi se jkunu qed jinżammu fi kwarantina għal ġimgħa bħala prekawzjoni.

Uffiċjali tas-saħħa se jkunu qed jirrepetu t-testijiet fuq il-passiġġieri li jirriżultaw negattiv wara ġimgħa.