Wednesday, December 25, 2024

Il-GTA bi proposti għall-baġit 2024

Aqra wkoll

Il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer u l-ambjent sostenibbli huma żewġ oqsma importanti ferm għat-titjib turistiku. Dawn iż-żewġ suġġetti kienu elenkati fil-proposti li ressqet l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu (GTA) għall-baġit 2024.

Il-konnettività bejn Malta u Għawdex…

Huwa minnu l-fatt li fl-aħħar snin rajna titjib fil-mezzi tat-trasport sabiex persuna taqsam minn Malta għal Għawdex u vice versa. Fosthom, f’Ġunju tal-2019 rajna l-introduzzjoni tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel, u mill-1 ta’ Ġunju tal-2021 rajna tisħiħ fil-konnettività tal-baħar din id-darba bl-introduzzjoni tas-servizz tal-fast ferry li jopera mill-Belt għall-Imġarr Għawdex, liema servizz iffaċilità t-traġitt ta’ 364,672 passiġġier.

Il-GTA temmen li jista’ jkun hemm iżjed titjib jekk jiddaħħlu dawn l-erba’ miżuri:
(i) Ikompli jitjieb is-servizz tal-fast ferry.
(ii) Jinbena vapur ieħor identiku għal dawk li hemm bħalissa biex jintuża minflok in-Nikolaus.
(iii) Jibda l-iżvilupp għal żona ddedikata lill-ajruplani biex joperaw bejn Malta u Għawdex.
(iv) L-introduzzjoni ta’ sistema iżjed sofistikata fir-rigward tal-qtugħ tal-biljetti fejn permezz ta’ dan il-passiġġieri jaqtgħu biljett wieħed li jkun jista’ jintuża għall-fast ferry, għall-Gozo Channel, u għat-trasport pubbliku.

Inċentivi finanzjarji għall-Konservazzjoni taż-Żoni Urbani

Fost il-proposti li ssemmew rigward l-ambjent, il-GTA rat l-importanza li jkun hemm żieda fl-inċentivi għax-xerrejja meta jiġu biex jixtru propjetajiet vernakulari u dawk li nbnew wara l-gwerra, inkluż il-UCA’s (Urban Conservation Areas) u jaqblu li jippriservaw l-istat oriġinali tal-propjetà.

Issemmiet ukoll l-introduzzjoni ta’ inċentiva fiskali biex tħeġġeġ iżjed persuni jerġgħu jagħtu l-ħajja lil xi bini tradizzjonali permezz tar-restawr jew billi jikkonvertu l-bini fi djar residenzjali jew boutique hotels.

Ekonomija

Sport