Wednesday, April 29, 2026

Il-Gwardji tal-Kosta Franċiżi jsalvaw aktar minn 100 immigrant li pprovaw jaqsmu lejn il-pajjiż

Aqra wkoll

Il-Gwardji tal-Kosta Franċiżi qal li kienu salvaw madwar 100 immigrant fi tliet operazzjonijiet differenti waqt li kienu qegħdin jipprovaw jaqsmu bejn Franza u r-Renju Unit.

F’waħda mill-operazzjonijiet ġew salvati 106 persuni li kienu qegħdin jivvjaġġaw fuq dgħajsa waħda u għal xi raġuni din kienet inqalbet.

L-ewwel operazzjoni saret nhar is-Sibt filgħaxija fejn l-immigranti ġew salvati u tpoġġew fuq bastiment tal-Gwardji tal-Kosta fejn ittieħdu lejn Calais.

Kelliem għall-Gwardji tal-Kosta qal li din iż-żona tal-baħar hija waħda mill-aktar żoni traffikużi fid-dinja u ħafna drabi l-kundizzjonijiet tal-baħar ma tantx ikunu tajbin. 

Għalhekk b’mod kontinwu l-Gwardji tal-Kosta qegħdin iwettqu operazzjonijiet tas-salvataġġ fejn numru kbir ta’ immigranti qegħdin jipprovaw jaqsmu fuq dgħajjes żgħar bejn iż-żewġ pajjiżi.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport