L-amministrazzjoni ċentrali tal-General Workers’ Union, flimkien ma’ Segretarji ta’ diversi Taqsimiet u uffiċjali oħra fi ħdan l-istess union, poġġew rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja bħala parti mill-inizjattiva “Rigal bi Mħabba” li qed ttilħaq il-qofol tagħha proprju llum.
Din l-inizjattiva, li din is-sena daħlet fil-ħames edizzjoni tagħha, oriġinat minn mart il-Prim Ministru Lydia Abela u ċ-ċkejkna Giorgia Mae, b’turija ta’ solidarjetà ma’ tfal inqas ixxurtjati.
Għall-ewwel darba din is-sena, it-tfal tal-iskejjel kollha madwar Malta u Għawdex ħadu sehem f’din l-inizjattiva billi taw huma wkoll rigal li bih se jkunu qegħdin iferrħu tfal oħra.
Is-suċċess ta’ din l-inizjattiva deher mil-lat kbir ta’ nies li kkonkorrew bl-għoti tar-rigali matul il-ħin kollu tal-ġurnata. Kienet ammirevoli li l-forzi tas-sigurtà mexxew bl-ordni meta jitqies li l-attivitajiet kienu mferrxin fi Pjazza Kastilja.