Sunday, December 22, 2024

Il-GWU tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid flimkien mal-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli

Aqra wkoll

Ġie ffirmat Ftehim Kollettiv ġdid bejn il‑General Workers’ Union (GWU) u l-Fondazzjoni għal-Loghob Responsabbli. Il‑ftehim, li jkopri l‑perjodu  bejn  is-snin 2022 u l‑2025, jipprovdi titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal‑impjegati kollha, kif ukoll struttura ġdida tal‑gradi kollha u iktar opportunitajiet ta’ promozzjonijiet.

Il‑ftehim joffri wkoll żidiet sostanzjali fis‑salarji kif ukoll titjib f’diversi kundizzjonijiet, jippremja l‑iżvilupp u t‑taħriġ filwaqt li jiżgura miżuri favur il‑familja b’aktar flessibilità fuq il‑post tax‑xogħol.

F’isem il-GWU iffirmat is-Segretarju tat‑Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi Riccarda Darmanin filwaqt li għall-Fondazzjoni ffirma l-General Manager Kevin O’Neill u Adrian Scerri bħala rappreżentant tal-ħaddiema,

Riccarda Darmanin irringrazzjat lill-partijiet konċernati għas-sens ta’ rieda tajba li wrew waqt in-negozjati  u b’hekk kienu konklużi għas‑sodisfazzjon taż‑żewġ naħat.  Hi raddet ħajr ukoll lix‑Shop Steward u lill‑membri għas‑support li jagħtu lill‑Union.

Kevin O’Neill qal li jinsab kuntent li n‑negozjati saru f’atmosfera ta’ rispett reċiproku u b’xewqa li jkomplu jitjiebu l‑kundizzjonijiet u s‑salarji tal‑ħaddiema kollha tar-RGF, filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom

Dan il-ftehim ikopri ħaddiema li joffru servizz ta’ għajnuna u sostenn li dawk li jkollhom problema ta’ logħob irresponsabbli.

Ekonomija

Sport