Sunday, November 24, 2024

Il-GWU toffri l-appoġġ tagħha lejn il-ħaddiema lokali milquta mill-istrajk tal-atturi ta’ Hollywood

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers’ Union filwaqt li turi solidarjetà ma’ dawk kollha affettwati qiegħda toffri l-appoġġ tagħha lill-ħaddiema kollha lokali li ntlaqtu mill-istrajk tal-atturi ta’ Hollywood biex jikkuntattjawha.

Strajk li ordnat il-Unjin tal-Atturi barranija SAG-AFTRA lill-atturi ta’ Hollywood fejn hemm mal-160,000 professjonist illi waqfu minn xogħolhom għaliex qed jitolbu pagi u kundizzjonijiet aħjar.

Ingħad li mijiet ta’membri tal-ekwipaġġ u mijiet oħrajn ta’ extrasirċivew ittra li ndikatilhom li għalissa l-produzzjoni internazzjonali “Gladiator 2” ġiet sospiża u ma jafux meta se tissokta. Dan ifisser li se jisfaw bla xogħol f’daqqa, meta kienu maħsuba biex jaħdmu sa Settembru, meta hemm ħaddiema li ħadu leave fit-tul għal dan il-film, fosthom persuni li daħlu għal dan il-film biex jibnu s-settijiet. 

Sport