Wednesday, July 24, 2024

Il-ħames edizzjoni tal-festival Kantamagħna fit-Teatru Astra

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar 2024, DCapitals Big Band ser jippreżentaw il-ħames edizzjoni tal-Festival Kantamagħna ġewwa t-Teatru Astra f’Għawdex. Il-festival huwa miftuħ għal kantanti bejn l-10 u l-35 sena.

24 kantant/a ġew magħżula wara proċess ta’ awdizzjonijiet li seħħew f’Novembru li għadda.

Dawn il-finalisti ġew maqsuma fi tliet kategoriji skont l-età tagħhom: Kategorija A għal kantanti bejn 10 u 13-il sena; Kategorija B għal kantanti bejn 14 u 17-il sena u Kategorija Ċ għal kantanti bejn 18 u 35 sena. Il-kantanti kollha ser ikunu akkumpanjati b’live big band taħt id-direzzjoni tas-Surmast George Apap. Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija ser jingħataw trofej filwaqt li r-rebbieħ overall tal-festival ser jingħata esperjenza ta’ sena ma’ DCapitals Big Band fejn ikollu l-opportunità li jieħu sehem fid-diversi kunċerti li jkollha l-band kemm f’Malta u anke barra minn xtutna.

Il-festival jibda fis- 7.30pm u d-dħul għalih huwa mingħajr ħlas.

Ekonomija

Sport