Saturday, May 4, 2024

“Il-Higher Secondary mhux se tingħalaq… anzi, se nsaħħuha”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jispjega ċ-ċaqliq ta’ għalliema minn Giovanni Curmi

B’reazzjoni għall-informazzjoni ppubblikata kemm mill-Malta Union of Teachers (MUT), mill-Union of Professional Educators (UPE) u mill-midja dwar deployment ta’ 23 għalliema fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School (GCHSSS) li m’għandhomx lezzjonijiet x’jgħallmu, il-Ministeru xejjen għajdut li se jingħalaq il-Higher Secondary, anzi pjuttost, se jsaħħuha.

Fi stqarrija maħruġa dan il-Ministeru għamilha ċara u serraħ moħħ il-ġenituri u l-istudenti li, “kontra dak li qiegħeed jingħad, mhux minnu li se tingħalaq, anzi se nsaħħuha”. F’din l-iskola hemm 167 għalliem u wara d-deployments l-istudenti se jkollhom l-għalliema li huma meħtieġa biex jgħallmuhom il-lezzjonijiet li jkollhom fil-GCHSS. 

“Il-GCHSS mhix qiegħda tnaqqas mil-lezzjonijiet tagħha lill-istudenti. Iċ-ċaqliq ta’ dawn l-għalliema ta’ suġġetti differenti, inkluż tal-Malti, Matematika, Ingliż, Fiżika u oħrajn, qiegħed isir għax huma meħtieġa jgħallmu fi skejjel oħra. B’hekk għalliema fi skejjel oħra tonqsilhom it-teaching load tagħhom għas-sena skolastika li jmiss,” spjega l-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Jingħad ukoll li d-deployment qiegħed isir wara li l-management, kif beda jsir matul dawn l-aħħar snin, jiltaqa’ mal-impjegati biex jispjegalhom is-sitwazzjoni qabel ma jintbagħtilhom l-avviż tad-deployment.

Il-Ministeru qal li se jibqa’ jara li jkomplu jissaħħu l-iskejjel u l-programmi edukattivi bħal Govanni Curmi Higher Secondary School, l-iskola Sir MikielAnġ Refalo Sixth Form u l-MCAST, kif ukoll dawk li introduċa f’dawn l-aħħar snin bħall-ĠEM16+, l-ALP u l-ALP+. 

“Hija l-prijorità tal-Ministeru għall-Edukazzjoni li wliedna jingħataw l-aħjar edukazzjoni possibbli u l-aqwa opportunitajiet li jistgħu jingħataw u dan it-tibdil jirrifletti din il-ħidma kontinwa fis-settur edukattiv,” kompla l-Ministeru.

Il-Ministeru qal li se jibqa’ disponibbli, kif dejjem kien, biex jiltaqa’ mal-MUT, inkluż kif sar fil-jiem li għaddew. 

Barra minnhekk, assigura li se jara li d-deployment tal-għalliema bla lezzjonijiet fil-GCHSS isir biex l-istudenti fl-iskejjel ma jiċċaħdux minn għalliema u biex in-numru ta’ lezzjonijiet tal-għalliema fl-iskejjel jibqa’ jitqassam b’mod ekwu.

Sport