Saturday, April 27, 2024

F’Ġunju 2021 Malta daħħlet aktar minn €60 miljun mit-turiżmu

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Ġunju din is-sena żaru Malta mhux inqas minn 70,300 turisti li bejniethom qattgħu 639,768 iljieli f’pajjiżna. Kważi 60,000 minnhom kienu hawn għal vaganzi filwaqt li 6,606 oħra kienu għal skop ta’ negozju.

Kważi nofs it-turisti (48.4%) li ġew Malta matul Ġunju kienu fl-eta’ bejn il-25 u l-44 sena.

Skont ċifri publikati lbieraħ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, dawn nefqu f’Malta €60.1 miljuni li tfisser nefqa medja ta’ €854 kull turist.

L-għadd ta’ turisti li żaru Malta fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ammonta għal 139,687 li juri tnaqqis ta’ 62.3% mill-istess perijodu tas-sena 2020. Huwa smat li bejn Jannar u Ġunju 2021 Malta daħħlet €120.4 miljuni mit-turiżmu.

F’Ġunju 2021 ukoll 4,056 turist ġew Malta għal skop ta’ edukazzjoni, saħħa u turiżmu reliġjuż.

Sport