Friday, May 3, 2024

Il-kantanta Sarah Harding tmut fl-età ta’ 39 sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-kantanta Sarah Harding li mietet fl-età ta’ 39 sena. Kienet ommha stess li fl-aħħar sigħat ħabbret li bintha kienet tilfet il-ġlieda kontra l-kanċer.

Kienet l-istess kantanta mill-grupp Girls Aloud li f’Awwissu tas-sena li għaddiet ħabbret li minn kanċer f’sidirha, il-problema kienet kibret wara li dan infirex f’partijiet oħra ta’ ġisimha.

Aktar kmieni din is-sena l-kantanta kienet żvelat li t-tobba kienu qalulha li hi ma kellhiex twassal sal-Milied li jmiss.

Ommha ddeskrivietha bħala mara intelliġenti u esprimiet ix-xewqa li bintha tibqa’ mfakkra għat-talenti sbieħ tagħha minflok għall-ġlieda tagħha kontra din il-marda.

Sport