Wednesday, April 24, 2024

Il-Kap ta’ MI5 jwissi li r-Renju Unit jista’ jaffaċċja attakk bħal tat-Twin Towers wara li rtira mill-Afganistan

Aqra wkoll

Ken McCallum, il-Kap tat-taqsima MI5 wissa li r-Renju  Unit, jista’ jaffaċċja attakk terroristiku simili għal dak ta’ 20 sena ilu fuq it-Twin Towers. Skontu, dan jista’ jsir minħabba l-irtirar tat-truppi militari tar-Renju Unit mill-Afganistan.

Waqt konferenza stampa, ilbieraħ, McCallum, żvela kien it-taqsima tiegħu, permezz ta’ ħidma konġunta mal-pulizija, fl-aħħar erba’ snin waqfu 31 attakk terroristiku li kienu fl-aħħar fażijiet tal-pjani tagħhom.

L-ikbar uġigħ ta’ ras li għandhom ir-Renju Unit u alleati oħrajn li okkupaw l-Afganisatan fl-aħħar 20 sena hija t-Taliban, li bl-għajnuna tagħhom kienet kibret l-Al Qaeda.

Sport