Saturday, May 18, 2024

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jisħaq dwar l-għaqda li tista’ twassal għal Malta isbaħ

Aqra wkoll

F’Messaġġ ta’ Awguri għas-Sena l-Ġdida mill-Kap tal-PN Bernard Grech intqal li l-familja hija l-ewwel u l-aqwa ambjent li joffri saħħa, sliem u sigurtà lil kull bniedem. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li s-sigurtà hija d-dmir tal-istat u rrikonoxxa l-ħidma li saret fl-aħħar xhur. Madanakollu, Grech qal li għad fadal ħafna xi jsir biex jiġu evitati l-imwiet f’inċidenti tat-traffiku jew fuq il-postijiet tax-xogħol.

Grech qal li l-istat għandu jiddefendi u jsostni l-ħajja f’kull stadju u f’kull ċirkostanza li tkun tista’ thedded lil dawk l-aktar dgħajfin fis-soċjetà tagħna. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li ma nistgħux nibqgħu passivi quddiem l-ambjent li qed jitgħarraq u saħaq li hemm bżonn li l-gvern jirrifletti biex jara x’qiegħed isir ħażin quddiem żgħażagħ li mhumiex qegħdin isibu futur f’pajjiżna.

Bħala Partit fil-minoranza, Grech qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jsemma’ leħnu għax irid li Malta tkun Malta sabiħa u b’futur mill-aqwa. 

Grech sostna li pajjiżna għandu jitmexxa bid-dehen biex id-dgħajjef jiġi megħjun biex hu wkoll isir b’saħħtu biex inkunu lkoll indaqs.

Sport