Sunday, May 5, 2024

Wojciech Szczesny jweġġa’ għal Juventus

Aqra wkoll

Is-sena 2022 ta’ Wojciech Szczesny kienet waħda ta’ tlugħ u nżul. Il-gowlkiper ta’ Juventus kellu jagħmel numru ta’ xhur barra minħabba injury li kellu u li pposponielu l-bidu tal-istaġun tiegħu.

Minkejja kollox, meta rritorna f’Novembru, il-wirjiet tiegħu għenuh sabiex ikun lest għat-tazza tad-dinja fil-Qatar fejn anke rnexxielu jilqa’ xi penalties fosthom dak ta’ Lionel Messi.

Minkejja kollox, fl-aħħar ġranet ta’ din is-sena għal Szczesny reġa’ beda jberraq hekk kif fil-logħba ta’ ħbiberija li Juventus kellhom kontra Standard Liege, hu weġġa’ għonqu u kellhom joħroġ. Għadu mhux magħruf jekk il-plejer jirkuprax għall-partita li i Bianconeri jmisshom kontra Cremonese nhar l-Erbgħa li ġej.

Sport