Saturday, May 4, 2024

Il-karriera ta’ Zlatan Ibrahimovic ma’ Milan mitmuma?

Aqra wkoll

L-attakkant Svediż ta’ 40 sena, Zlatan Ibrahimovic, qal li lagħab bl-uġiegħ ta’ injury serja f’irkopptu biex jgħin lil Milan jirbħu l-ewwel titlu tagħhom tas-Serie A fi 11-il sena. Huwa ġie operat nhar l-Erbgħa u mistenni jibqa’ barra sa tmien xhur.

“Qatt ma sofrejt daqshekk fil-ground u barra. Bilkemm irqadt fl-aħħar sitt xhur minħabba l-uġigħ,” kiteb Ibrahimovic fuq Instagram.

Milan sejħu l-proċedura fuq l-irkoppa tax-xellug bħala “suċċess sħiħ”.

Ibrahimovic, li huwa bla kuntratt fis-sajf, esprima x-xewqa li jibqa’ mal-club għal tal-inqas staġun ieħor.

U filwaqt li sofra kampanja mimlija injuries, huwa kkontribwixxa tmien goals fil-kampjonat hekk kif Milan għelbu lil ieħor mill-eks clubs tiegħu, u r-rivali tal-istess belt, Inter, biex rebħu l-Iscudetto.

“Fl-aħħar sitt xhur stajt nitħarreġ mat-team 10 darbiet biss,” kiteb Ibrahimovic. Għamilt xi ħaġa impossibbli għal xi ħaġa possibbli. F’moħħi kelli għan wieħed biss, li nagħmel lil sħabi u l-coach champions tal-Italja għax għamiltilhom wegħda. Illum għandi ACL ġdid u trofew ieħor.”

Sport