Sunday, December 22, 2024

Il-katavri tal-immigranti jkunu rilaxxati wara li tintemm l-inkjesta

Aqra wkoll

Il-ħames immigranti li ttellgħu mejta mill-baħar nhar it-23 ta’ Frar li għadda s’issa mhux rilaxxati għad-difna

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament meta kien mistoqsi dwar dan mid-Deputat Albert Buttigieg.

Il-Ministru qal li bħalissa hemm inkjesta Maġisterjali u kull arranġament għall-funeral tagħhom, ikun jista’ jsir biss wara li l-katavri jkunu rilaxxati mill-istess inkjesta.

Intant il-Ministru Camilleri qal ukoll li Dwar l-etajiet tal-istess vittmi, minn investigazzjonijiet li għamlet il-pulizija, sallum ġew stabiliti l-etajiet ta’ erba’ persuni kif jidher fl-istess tabella. Dan wara li nstabu xi passaporti u ġiet provduta informazzjoni minn terzi.

Il-vittmi kienu 4 rġiel u mara li skont informazzjoni li għandu dan is-sit kienet qiegħda tistenna tarbija.

Il-vittmi huma raġel mill-Eritrea ta’ 22 sena, raġel mis-Sirja li kellu 33 sena. Vittma ieħor kien ġej minn Bangladesh u għandu 31 sena filwaqt li raġel ieħor mill-Ghana li l-età tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa. Magħhom imbgħad kien hemm l-unika mara li kienet ġejja mill-Ghana wkoll li kellha 23 sena.

Ekonomija

Sport