Saturday, July 25, 2026
Home Covid-19 Il-każi attivi jitilgħu għal 1,548 … l-ebda mwiet fl-aħħar ħamest ijiem

Il-każi attivi jitilgħu għal 1,548 … l-ebda mwiet fl-aħħar ħamest ijiem

0
814

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 187 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 102 persuni. 

L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,548. 

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 723 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ma kinux irrappurtati li mietu persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.