Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-baġit tal-Gvern Malti, li jinkludi għajnuna estensiva, iżda baqgħet kontra s-sussidji tal-enerġija mogħtija mill-Gvern biex iżomm kontijiet stabbli. Grazzi għal dawn is-sussidji, Malta żammet l-orħos kontijiet fiż-Żona Ewro.
Il-baġit jinkludi tnaqqis ta’ €140 miljun fit-taxxa fuq l-income, żieda fil-pensjonijiet u fiċ-Children’s Allowance, u benefiċċji oħra bħall-Allowance tad-Diżabilità. L-ispiża tal-Gvern se tiżdied b’5.6%, konformi mal-limiti tal-UE. L-investiment pubbliku se jkun 2.9% tal-ġid nazzjonali, bi fondi nazzjonali u Ewropej.
Min-22 pajjiż li bagħtu l-pjani fiskali tagħhom lill-Kummissjoni, tnejn biss (Olanda u Ungerija) għadhom ma rċevewx approvazzjoni. Xi pajjiżi oħra, bħal Ġermanja u Awstrija, ma ressqux il-pjani fil-ħin.