Sunday, May 5, 2024

Il-klabb ta’ Fgura Darts jorganizza tournament tal-Milied sabiex jiġbor fondi għall-karitá

Aqra wkoll

Il-klabb ta’ Fgura Darts organizza tournament tal-Milied sabiex jiġbor fondi għall-karitá.

Total ta’ 35 plejer ħadu sehem f’dan it-tournament li dam għaddej il-ġurnata kollha.

Wara li l-plejers inqasmu f’erba’ gruppi, għaddew l-aqwa tmien plejers u wara numru ta’ logħob dirett, kien Albert Scerri li ħareġ rebbieħ bit-tieni post jinkiseb minn Andy Keen filwaqt li Eucharist Baldacchino u Vincent Pace spiċċaw fit-tielet post. 

Fl-aħħar tat-turnament, sar magħruf li nġabret is-somma sabiħa ta’ €1100 li se jkunu qed jingħataw lill-Fondazzjoni Puttinu Cares.

Sport