Thursday, December 26, 2024

Il-konferenza “Niċċelebraw 30 Sena ta’ Għajnuna lill-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika”

“Hemm bżonn ngħinu lill-agressuri wkoll” - Ruth Sciberras minn MARAM

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt il-panel ta’ diskussjoni Ruth Sciberras minn MARAM qalet li hemm bżonn ngħinu anke lill-agressur f’każijiet ta’ vjolenza domestika u dan anke biex ikun evitat li jkun hemm vittmi oħra.

Fil-konferenza tal-lum, “Niċċelebraw 30 Sena ta’ Għajnuna lill-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika”, Sciberras spjegat li l-professjonisti fil-qasam tal-vjolenza domestika f’Malta huma ħafna u kollha jaħdmu ħafna biex jiġġieldu din il-pjaga soċjali.

Filwaqt li speċifikat li t-taħriġ tagħhom sar barra minn Malta, hija qalet li xi drabi jkunu involuti mat-18-il professjonist f’każ ta’ vjolenza domestika u f’dawk il-każijiet urġenti li jkunu qegħdin idumu biex jinstemgħu fil-Qorti huma jiġbdu l-attenzjoni biex jitħaffef il-proċess fi żmien meta l-vittma tkun għaddejja minn perjodu diffiċli ħafna u ta’ sfida.

Ekonomija

Sport