Wednesday, April 24, 2024

Il-Korea ta’ Fuq qed tiffaċċja epidemija li taffettwa l-imsaren… aktarx kolera jew tifojde

Aqra wkoll

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un u l-uffiċjali għoljin qegħdin jippreparaw li jagħtu għajnuna lil madwar 800 familja li jidher li qegħdin isofru minn epi­demija ta’ marda intestinali li s’issa għadha mhix magħrufa x’inhi eżatt. Dan qiegħed iseħħ fl-istess waqt li l-pajjiż qiegħed jesperjenza diffikultajiet kbar minħabba l-ewwel imxija tiegħu tal-Covid-19.

Kien iktar kmieni din il-ġimgħa li l-midja tal-Korea ta’ Fuq qalet li l-pajjiż qiegħed jiffaċċja “epidemija enterika akuta”. Il-midja ma elaboratx iktar, iżda t-terminoloġija “enterika” tirreferi għall-passaġġ gastrointestinali. 

Il-midja tal-istat KCNA qalet li, “l-uffiċjali qed jippreparaw mediċini, ikel u anke neċessitajiet ta’ kuljum biex jingħata trattament għal din l-epidemija u għajnuna lil dawk il-persuni affettwati fil-belt ta’ Haeju u l-provinċja Kangryong.” KCNA kompliet tgħid li l-mexxej Kim Jong Un sejjaħ lill-uffiċjali u talabhom biex jaqdu dmirhom bl-aħjar mod li jistgħu ħalli jitnaqqsu kemm jista’ jkun is-sofferenzi tal-poplu. 

Min-naħa tagħhom, l-uf­fiċjali tas-saħħa tal-Korea t’Isfel qalu li huma qed isegwu mill-qrib l-iżviluppi li għaddejjin ġewwa l-Korea ta’ Fuq u qalu li huma qed jissuspettaw li dak li qed iseħħ hija kawża ta’ mxija ta’ kolera jew tifojde.

Sport