Saturday, May 4, 2024

Liverpool lesti li jħallsu £100 miljun għal Jude Bellingham

Aqra wkoll

Wara li ffirmaw lill-attakkant internazzjonali Urugwajan, Darwin Nunez, mingħand Benfica, issa Liverpool jinsabu lesti biex jinnegozjaw ma’ Borussia Dortmund għall-midfielder internazzjonali Ingliż, Jude Bellingham.

Ir-Reds iridu  jibdew it-taħdidiet mill-aktar fis biex jiżguraw il-firma ta’ dan il-player ta’ 18-il sena.

Il-club Ġermaniż ma jridx jitilqu din is-sena u għaldaqstant dak Ingliż irid jakkwistah issa għall-istaġun 2023/24.

Dan minħabba li anke Real Madrid iridu jidħlu fit-taqtiegħa iżda wara li l-Madrileni ftit tal-jiem ilu għelbu lill-istess Liverpool għall-firma tal-midfielder Aurelien Tchouameni, din id-darba r-Reds se jagħmlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jirbħu t-taqtiegħa għal Bellingham.

Sport