Wednesday, July 24, 2024

Il-Korea ta’ Fuq tkompli bit-testijiet missilistiċi f’dan iż-żmien ta’ pandemija

Aqra wkoll

Il-Korea ta’ Fuq sparat numru ta’ missili ta’ portata qasira. Dan kien ikkonfermat mill-Joint Chiefs of Staff tal-Korea t’Isfel, hekk kif ir=reġim immexxi minn Kim Jong-un kompla bis-sensiela ta’ testijiet ta’ armi f’dawn il-jiem ikkaratterizzati mill-pandemija tal-Covid-19.

Il-missili koprew distanza ta’ 150 kilometru.

Jidher li fit-taħriġ militari kienu involuti wkoll diversi ajruplani tal-militar tal-Korea ta’ Fuq.

Matul ix-xahar li għadda l-Korea ta’ Fuq sparat xejn inqas minn disa’ missili ballistiċi f’erba’ testijiet separati. Dan filwaqt li nhar il-Ħadd li għadda Kim Jong-un kien żar bażi tal-ajru u osserva taħriġ imwettaq minn ajruplani militari.

Ekonomija

Sport