Tuesday, April 30, 2024

Il-kowċ ta’ Man Utd isostni li dan it-tim huwa aqwa minn dak tal-1999

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer, ġie rrapportat li qal lill-iskwadra preżenti hija ferm aħjar minn dik tal-1999 li kienet rebħet il-UEFA Champions League u li hu kien jifforma parti minnha. 

Ir-Red Devils iffirmaw lil Raphael Varane, Jadon Sancho u Cristiano Ronaldo wara li fl-istaġun li għadda huma temmew 12-il wara ċ-champions Manchester City. 

Ir-ritorn ta’ Ronaldo f’Old Trafford wara 12-il sena, qed jitqies bħala wieħed importanti għat-team minħabba li miegħu se jieħu esperjenza vasta wara li lagħab ma’ Real Madrid u Juventus fejn rebaħ kull unur li joffri l-football Ewropew, inkluż il-Ballun tad-Deheb għal ħames darbiet. 

Dan jagħmel lill-United bħala l-favoriti netti biex jirbħu l-kampjonat Ingliż wara nuqqas ta’ disa’ snin meta l-aħħar darba li rebħu kien fl-2012/13.

Sport