Tuesday, April 30, 2024

Mo Salah irid £500,000 fil-ġimgħa biex iġedded il-kuntratt ma’ Liverpool

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Eġizzjan, Mo Salah, issorprenda lil kulħadd hekk kif qed jitlob salarju ta’ £500,000 fil-ġimgħa biex jiffirma kuntratt ġdid ma’ Liverpool. 

Dan il-player ta’ 29 sena diġà huwa wieħed mill-aktar persuni li jaqla’ f’Anfield … ippremjat talli kontinwament jispiċċa bħala l-aqwa skorer tat-team 

Iżda huwa għandu inqas minn sentejn biex jintemmlu l-kuntratt fejn huma mifhum li jaqla’ aktar minn £200,000 fil-ġimgħa. 

Min-naħa tal-coach, Jurgen Klopp, dan irid lid-diretturi tal-club biex jintlaħaq kompromess minħabba li huwa jinsab fil-pjani tiegħu u fl-istess waqt inaffar l-interess ta’ Real Madrid u Paris St Germain. 

Liverpool ġeddew il-kuntratt ta’ diversi players fosthom Virgil van Dijk, Alisson, Jordan Henderson u Trent Alexander-Arnold. 

Sport