Il-Kumitat Olimpiku Malti jħabbar l-atleti għal Glasgow, Taranto u Dakar

0
1

Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) ħabbar l-atleti li se jirrappreżentaw lil Malta fi tliet avvenimenti internazzjonali ewlenin ta’ diversi dixxiplini sportivi fix-xhur li ġejjin: it-XXIII Logħob tal-Commonwealth fi Glasgow (23 ta’ Lulju – 2 ta’ Awwissu 2026), l-XX Logħob tal-Mediterran f’Taranto (21 ta’ Awwissu – 3 ta’ Settembru 2026), u l-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ tas-Sajf f’Dakar (31 ta’ Ottubru – 13 ta’ Novembru 2026).

Id-Direttur tal-Isport Charlene Attard spjegat li l-għażla kienet ibbażata fuq kriterji pubbliċi u li tqassmumal-membri prospettivi kollha tal-kontinġent. “Il-kriterji nbnew fuq riżultati internazzjonali li magħhom irridu nkejlu lilna nfusna, u kienu żviluppati b’kollaborazzjoni mal-federazzjonijiet sportivi rispettivi,” qalet Attard

Fost l-atleti mħabbra, hemm numru li għandhom esperjenza ta’ rebħ ta’ midalji f’dawn il-Logħob. Connie Rixon u Katryna Esposito huma rebbieħa ta’midalja tal-bronż mil-Logħob tal-Commonwealth tal-Gold Coast 2018 u Birmingham 2022, fil-lawn bowls u fil-judo rispettivament. Fil-livell tal-Logħob tal-Mediterran, Stefan Farrugia rebaħ il-bronż f’Tarragona fir-raffa, filwaqt li Elaine Genovese rebħet il-fidda f’Oran fid-doubles tan-nisa fit-tennis. Flimkien ma’ dawn, il-kontinġenti jinkludu wkoll atleti li taw prestazzjonijiet konsistenti fil-livell internazzjonali, kif ukoll talent emerġenti bil-potenzjal li jħalli l-marka tiegħu fit-tliet Logħob kollha.

Logħob tal-Commonwealth Glasgow 2026

Il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Logħob tal-Commonwealth taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Commonwealth Games Association Malta, l-awtorità governattiva għall-Commonwealth Sport f’Malta, li titħaddem mill-KOM fi ħdan l-istess organizzazzjoni.

Malta se tkun irrappreżentata fl-Atletika, l-Għawm, il-Para-Powerlifting, il-Judo, il-Lawn Bowls, il-Weightlifting u l-Ġinnastika Artistika. Dr Lucienne Attard se sservi bħala Chef de Mission.

Connie Rixon (Lawn Bowls) se ġġorr il-bandiera Maltija fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ. Il-baton bearer se jkun il-para-atleta Nick Mercieca.

Connie Rixon (Lawn Bowls) se ġġor il-bandiera ta’ Malta għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ. Il-baton bearer se jkun il-para powerlifter Nick Mercieca, li se jikkompeti fil-kategorija lightweight tal-irġiel u li ġie identifikat bħala atleta Para b’potenzjal qawwi ta’ prestazzjoni tajba. Hu għandu l-appoġġ sħiħ tal-KOM għal dawn il-Logħob u lil hinn minnhom.

Il-kontinġent Malti sħiħ għal Glasgow se jkun magħmul minn:

Ġinnastika Artistika – Philippa Busuttil, Lyana Curmi Inguanez, Sophie St John

Atletika – Claire Azzopardi, Omar El Aida Chaffey, Matthew Galea Soler, Gina McNamara, Jared Micallef, Rachela Pace, Graham Pellegrini

Judo – Katryna Esposito, James Zahra

Lawn Bowls – Troy Lorimer, Shaun Parnis, Connie Rixon, Rebecca Rixon

Para-Powerlifting – Nick Mercieca

Għawm – Sasha Gatt

Weightlifting – Rylee Borg, Kim Camilleri Lagana, Roberta Tabone, Tenishia Thornton

“Malta għandha rekord tajjeb fil-Logħob tal-Commonwealth, b’atleti Maltin jiksbu wħud mill-aktar riżultati notevoli tal-pajjiż f’dawn il-Logħob. Filwaqt li jibni fuq dan il-momentum, il-kontinġent jivvjaġġa lejn Glasgow b’ambizzjonijiet ġenwini li jżid mal-għadd tal-midalji ta’ Malta.” – irrimarkat Attard.

Logħob tal-Mediterran – Taranto 2026

Fil-Logħob tal-Mediterran, Malta se tikkompeti fil-Badminton, il-Boules, iċ-Ċikliżmu, l-Isparar Skeet, it-Taekwondo u l-Lotta. Charlene Attard se sservi bħala Chef de Mission.

Andre Cassar (Skeet Shooting) u Francesca Clark (Badminton) se jġorru l-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Atletika – Claire Azzopardi, Dillon Cassar, Jared Micallef, Luke Micallef Perconte

Badminton – Sam Cassar, Francesca Clark, Martina Clark

Ċikliżmu – Aidan Buttigieg, Bernard Galea, Andrea Mifsud

Karate – Thyis Antonelli

Raffa Stefan Farrugia

Qdif – Mark Schembri

Ibburdjar– Mia Busuttil, Matthew Flores, Katrina Micallef, Benjamin Vassallo

Taekwondo – Alycia Cassar

Tennis – Alex Degabriele, Liam Delicata, Elaine Genovese, Emma Montebello

Triathlon – Kai Azzopardi, Danica Bonello Spiteri, Ryan Muscat

Lotta – Gary Giordmaina, Nico Zarb

Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ Dakar 2026

Malta se tkun irrappreżentata fil-Ġinnastika Artistika u l-Għawm fl-ewwel avveniment Olimpiku li se jsir fil-kontinent Afrikan. Johanna Grech se sservi bħala Chef de Mission.

Yulya Ann Bonnici u Samuel Camilleri se jġorru l-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Ġinnastika Artistika – Janet Galea

Atletika – Matthew Azzopardi, Nick Bonett

Għawm – Yulya Ann Bonnici, Samuel Camilleri

Il-President tal-KOM Julian Pace Bonello qal: “Kull wieħed u waħda mill-atleti li ħabbarna llum kiseb postu permezz ta’ standards ta’ kwalifika, permezz tar-riżultati, u permezz ta’ snin ta’ sagrifiċċju sieket: filgħodu kmieni, filgħaxijiet twal, u għadd bla tarf ta’ sigħat ta’ taħriġ li ħadd ma jarahom. Huma kisbu d-dritt li jikkompetu, mhux sempliċement li jipparteċipaw. Din hija distinzjoni li aħna kburin biha, u waħda li tirrifletti d-direzzjoni li ħa l-isport Malti f’dawn l-aħħar snin.”

Id-Direttur tal-Midja u l-PR, Maria Vella Galea, ħabbret li l-KOM se jippubblika aġġornamenti ta’ kuljum matul il-perjodu kollu tal-Logħob, li se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku tal-MOC u fuq il-mezzi soċjali tal-Kumitat.

Il-Kumitat Olimpiku Malti rringrazzja lil-Gvern ta’ Malta permezz ta’ Sport Malta, in-National Development and Social Fund, il-European Olympic Committees, Olympic Solidarity u APS Bank għall-appoġġ li jgħatu lill-Kumitat Olimpiku Malti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here