Saturday, November 23, 2024

Il-kumpanija Baxter se timpjega 100 impjegat ġdid minn din il-ġimgħa

Aqra wkoll

Waqt żjara li l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri ġewwa l-kumpanija Baxter, huwa ħabbar li din il-kumpanija biddlet l-isfidi f’opportunitajiet u ħolqot opportunitajiet ta’ xogħol ġdid biex tlaħħaq maż-żieda ta’ produzzjoni f’ħin qasir. Din iż-żieda fil-produzzjoni tammonta għal 20% tal-produzzjoni ta’ din il-fabbrika u din l-istess żieda waslet biex minn din il-ġimgħa se tibda timpjega 100 impjegat ġdid.

Il-kumpanija Baxter temmen fi sħiħ fil-ħaddiema tant li s-sena l-oħra ġiet rikonoxxuta bħala l-iktar kumpanija li tippromwovi l-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol.

Fost il-prodotti li tagħmel, il-kumpanija Baxter taħdem fuq prodotti li joffru terapija li hija essenzjali għall-pazjenti li jkunu fil-kura intensiva u dialyses machines. Il-Ministru Schembri qal li kien hemm ċirkostanzi fejn id-domanda għall-manifattura marbuta mal-mard tal-kliewi żdiedet b’5 darbiet aktar. 

Il-Ministru Schembri qal li l-imxija tal-Covid-19 ġabet l-isfidi tagħha fuq kull livell tas-soċjetà u li bħala pajjiż rajna li jiġu identifikati l-opportunitajiet. Huwa qal li Baxter kienet waħda fost dawk il-kumpaniji proattivi biex tieħu miżuri hi stess biex tissalvagwardja l-ħaddiema u fl-istess ħin jagħtu ħidma u għajnuna fil-qasam tas-saħħa biex iżommu maż-żieda tad-domanda tal-mediċini essenzjali.

Sport