Thursday, July 23, 2026
Home Sport ‘Ninsab ħerqan biex nibda din l-esperjenza ġdida ma’ dan il-klabb’ – Redeemer...

‘Ninsab ħerqan biex nibda din l-esperjenza ġdida ma’ dan il-klabb’ – Redeemer Muscat

0
12

Minn Cristian Muscat

Gudja United FC ħabbru l-akkwist ta’ Redeemer Muscat għall-istaġun li ġej.

Id-difensur ta’ 23 sena jingħaqad mal-klabb mingħand Mtarfa FC, wara li lagħab ma’ Marsascala FC wara l-formazzjoni tiegħu ma’ Hamrun Spartans FC.

Gudja United awguraw awguraw perjodu ta’ suċċess lil Redeemet fil-Klabb.

Intant, f’kummenti ma’ dan is-sit, Redeemer qal:

“Qed nistenna staġun tajjeb ma’ Gudja United. Ninsab ħerqan biex nibda din l-esperjenza ġdida ma’ dan il-klabb biex flimkien ikollna stagun tajjeb u ninsab ħerqan li jibda l-istaġun il-ġdid.”

“L-esperjenza li kelli ma’ Mtarfa għalkemm kien staġun iebes individwalment, tgħallimt ħafna u lest li jkolli staġun aqwa u nagħti l-100% tiegħi matul l-istaġun li ġej.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here